Monday, November 4, 2024

Matul l-istaġun li ġej irridu naħdmu biex nerġgħu naraw lil Valletta FC fil-post fejn jixirqilhom – Sheldon McKay

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imhabba tiegħi lejn il-futbol bdiet naħseb nista’ ngħid minħabba n-nannu għax minn ta’ etá żgħira ħafna kien jeħodni l-grawnd biex nara lil Valletta FC. Kienet ħaġa ta’ kull weekend u naħseb li mingħajr ma trid tiġi l-ħolma tiegħek li xi darba tkun int f’dak il-pitch tilgħab. Allura, wara li titla’ darba darbtejn il- grawnd tibda tgħid lill-ġenituri tiegħek biex tmur tilgħab il-futbol u kienu ħaduni fin-nursery ta’ Valletta meta kelli erba’ snin u saI-lum il-ġurnata nista’ ngħid li bis-saħħa tan-nannu, naħseb li bdiet l-imhabba tiegħi lejn il-futbol.

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma’ Valletta FC sa issa.

L-esperjena tiegħi ma’ Valletta s’issa naħseb li kienet waħda sabiha. Għalkemm ma tantx lgħbat Premier imma jien naħseb li meta tilbes il-flokk tal-Belt tkun f’liema grupp ta’ etá tkun, naħseb li għandek biex tkun kburi ħafna. Sa ftit tal- ħimgħat ilu jien u t-tim tiegħi tal-Under 21 konna kapaċi niebħu l-kampjonat u se nkunu l-ewwel tim ġo Malta li se mmorru nilagħbu barra minn xtutna bħala youth team mal-Belt. Wasalt ukoll sal-finali tat-Trophy … vera ma kontx lgħabt fija imma kienet esperjenza sabiħa ħafna u nemmen li matul l-istaġun li ġej irridu naħdmu biex nerġgħu naraw lil Valletta FC fil-post fejn jixirqilhom.

U mat-tim nazzjonali Malti…

Mat-tim nazzjonali Malti kelli ċans nilgħab tliet logħbiet ta’ ħbiberija under 19 u tliet minuti mal-under 21. Imma naħseb l-iktar li nista’ nitkellem huwa fuq meta kont under 19 li darba kont lgħabt logħba sħiħa kontra San Marino u rbaħna 2-1 u kelli logħba sħiħa oħra kontra l-Bulgarija u dħalt kontra l-istess tim 15-il minuta fejn konna ġejna l-ewwel logħba 4-0 u l-oħra 1-0. Konna sfortunati għax qlajna gowl fl-aħħar minuti. Jien nemmen li tkun man-nazzjonal għandek tkun kburi bik innifsek, għax dak ikun il-frott tal-ħidma li tkun qiegħed tagħmel meta tmur għat-taħriġ u taħdem kuljum. Jien naħseb li n-nazzjonal għandhom set-up professjonali ħafna, allura Int mingħajr ma trid meta tkun hemm tikber ħafna u titgħallem ħafna wkoll.

X’tikkummenta fuq il-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?

Jien nemmen li kollha għandom it-tajjeb u l-ħażin tagħhom imma naħseb li dejjem jista’ ikun hemm titjib. Jien mhux se nsemmi l-grawnd imma aħna bħala plejers ġieli ngergru fuq xi dawl jew fuq it-turf imma ħafna minnhom ma jkollniex għalfejn ingergru għax ikunu tajbin ħafna.

U fuq il-livell tal-futbol Malti?

Jien naħseb li f’dawn l-aħħar snin il-livell tal-futbol Malti għamel qabża kbira fejn li konna ftit tas-snin ilu. Nistgħu naraw it-team nazzjonali anke mhux niddefendu biss. Tista’ tara wkoll li timijiet Maltin meta jmorru għall-Ewropa ikunu ma’ timijiet u ngħaddu iktar minn qatt qabel. Anke sirna naraw plejers li qabel kienu jilagħbu f’kampjonati kbar ħafna u issa qed narawhom jilagħbu fil-kampjonat Malti. Hekk bilfors il-livell jitla’, u meta int tittrenja ma’ dawn it-tip ta’ plejers, anke l-livell tiegħek jitla’.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Jien il futur tiegħi narah mat-tim ta’ Valletta FC. Dn is-sena għandna biċċa xogħol bħala plejers li nerġgħu nieħdu t-tim tal-Belt fejn jistħoqqlu, imbagħad wara din is-sena jispiċċa l-kuntratt tiegħi mal-Belt, imbagħad hemmhekk ma nistax ngħidlek x’jista’ jsir. Allura issa huwa żmien il-mistrieħ u minn hawn u ftit ġimgħat oħra nerġgħu nibdew nippreparaw għall-kampjonat li ġej.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera fil-futbol.

Jien naħseb li biex tagħmilha fil-futbol trid tkun tħobbu, determinat biex tasal u ma tagħtix kas x’jgħidu n-nies. Trid tagħmel li taħseb li hu tajjeb għalik u tisma’ biss minn dawk in-nies li jridu jarawk tasal!

Sport