Thursday, November 14, 2024

Maurice Formosa jkompli il-parteċipazzjoni tiegħu mingħajr telfa fiċ-Cisk 0.0 MMBA XC National Points Series 

Aqra wkoll

It-tieni tellieqa taċ-Cisk 0.0 MMBA XC National Points Series li saret il-Ħadd 8 ta’ Mejju fuq iż-żoni tal-kosta tal-blat ta’ Pembroke. Ir-rotta pprovdiet sfida lill-parteċipanti u rriżultat fi ftit li kellhom jirtiraw minħabba panċers li ġarrbu fuq ir-rotta.

Maurice Formosa kompla tellieqa oħra bla telfa hekk kif kien fuq quddiem tat-taqsima Elite mill-bidu nett tat-tluq. Il-korsa li kellha ta’ sitt dawriet, rat lil Formosa bil-mod il-mod jkabbar distakk fuq Jason Vella u Stefan Scerri li kienu qed jiġru wara xulxin għal l-aħjar fuq il-podju. Vella, li ma kellux bidu tajjeb irnexxielu jersaq fuq quddiem.  B’Formosa fuq quddiem, kien hemm battalja bejn Vella u Scerri, b’sekondi biss jifirduhom. Żball mingħand Scerri fl-aħħar dawra ra lil Vella jieħu vantaġġ biex spiċċa fit-tieni post, sbatax-il sekonda distakk fuq Scerri.

Fil-Kategorija Sport, Robert Zammit ħa postu fuq quddiem fl-ewwel dawra imma nqabeż minn Etienne Cutajar fit-tieni dawra. Cutajar żamm il-vantaġġ sal-aħħar. Zammit għadda mill-linja finali minuta wara Cutajar, filwaqt li fit-tielet post daħal Ian Camilleri.

Justin Gauci ħa l-vantaġġ fil-Kategorija 40+ u kompla biex ħa t-tieni rebħa tal-istaġun, meta għeleb il-kompetizzjoni ta’ Stephen Grima. Grima wkoll kiseb it-tieni post fit-tellieqa ta’ qabel. Fit-tielet post kien Liran Ben Ari. Il-kategorija 50+ kienet tellieqa bejn Enrico Bradamante u Raphael Fenech Adami, b’tal-ewwel jieħu r-rebħa tal-ġurnata.

Fil-kategorija tan-nisa ma kien hemm l-ebda sorpriża, b’Marie Claire Aquilina tieħu posta fuq quddiem għal rebħa oħra. It-tieni post daħlet parteċipanta ġdida Diana Muscat b’Fiona Tedesco tispiċċa fit-tielet post.  It-tliet atleti spiċċaw b’distakk bejn wieħed u ieħor ta’ minuta u nofs bejniethom.

Fil-Kategoriji tal-Juniors, Ryan Gatt kien l-ewwel li spiċċa t-tellieqa tal-Boys U17, filwaqt li Liam Daly, Chylen Fava, u Giuseppe Borg kienu l-ewwel tliet spiċċaw fil-Kategorija Boys U15. Il-Boys U12 kienet tellieqa bl-ikbar parteċipazzjoni, b’Jake Refalo, Neil Cassar, u Ethan Cumbo jispiċċaw fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post rispettivament. Il-Girls U12 raw lil Nina Debono Curmi, Mickaya Fava, u Mikela Ann Spiteri jieħdu l-ewwel postijiet.

Iċ-Cisk 0.0 MMBA XC National Points Series hija sponsorjata minn Cisk 0.0, Gatorade, u San Michel u hija appoġġjata mill-Malta Cycling Deal u Noel Vella Engineering Works. L-Għaqda tixtieq tesprimi l-gratitudni tagħha lejn Pembroke Natura 2000 u t-tim tal-Pulizija tal-Komunità ta’ Pembroke għall-appoġġ imprezzabbli tagħhom.

It-tellieqa li jmiss fuq il-Kalendarju tas-Serje tal-Punti Nazzjonali CISK 0.0 XC hija skedata li ssir fid-29 ta’ Mejju fil-Majjistral Park.

Ekonomija

Sport