Monday, September 16, 2024

Mauricio Pochettino – L-Istati Uniti tista’ tirbaħ it-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Amerikani, il-kowċ il-ġdid tal-Istati Uniti Mauricio Pochettino kien qed jitkellem dwar il-ħolma li għandu, dik li jirbaħ it-tazza tad-dinja ma’ dan it-tim.

Pochettino, li sal-istaġun li għadda kien imexxi lil Chelsea, inħatar biex imexxi lill-Istati Uniti filwaqt li ħa post Gregg Berhalter. It-tim mhux ġej minn mument daqshekk sabiħ hekk kif rebħu logħba waħda mis-sebgħa li lagħbu.

L-Istati Uniti se jorganizzaw it-tazza tad-dinja flimkien mal-Messiku u l-Kanada fis-sena 2026 b’Pochettino jgħid li l-plejers tiegħu jridu jitqatlu għal kull ballun u jridu jagħmlu l-ħolma li jirbħu t-tazza tad-dinja realta’.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport