Monday, November 2, 2026
Home Sport MotoGP: Marc Marquez jista’ jirbaħ il-kampjonat fi tmiem il-ġimgħa li ġej

MotoGP: Marc Marquez jista’ jirbaħ il-kampjonat fi tmiem il-ġimgħa li ġej

0
73

Meta fadal tliet tiġrijiet għat-tmiem tal-kampjonat tal-MotoGP ta’ din is-sena,  Marc Marquez jista’ jiġi nkurunat champion tad-dinja tal-MotoGP fil-Grand Prix tal-Qatar fit-8 ta’ Novembru, jew aħjar fi tmiem il-ġimgħa li ġej.

 Is-sewwieq ta’ Ducati għandu 399 punt, 44 aktar minn Jorge Martin u 67 aktar minn Marco Bezzecchi.

Biex jiżgura t-titlu f’Lusail, Marquez irid jikseb mill-inqas 30 punt aktar minn Martin, nhar il-Ħadd li ġej, filwaqt li jżid il-vantaġġ tiegħu għal 74 punt. 

Dan ikun biżżejjed minħabba li għandu aktar rebħiet fi Grands Prix minn Martin u għalhekk jirbaħ it-titlu f’każ ta’ parità fil-punti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here