L-eks attakkant ta’ Inter u Sampdoria Mauro Icardi spiċċa l-aqwa skorer tas-Super Lig Tork ma’ Galatasaray meta skorja 25 gowl staġjonali. Diversi ġurnali Torok tkellmu bi prominenza dwar din il-bravura filwaqt li diversi ġurnalisti faħħru l-wirjiet tiegħu matul dan l-istaġun li kien wieħed ferm pożittiv għalih.
Sadanittant fit-tieni post tal-klassifika spiċċa Edin Dzeko ta’ Fenerbache filwaqt li Rey Manaj ta’ Sivassport temm fit-tielet post.