Monday, December 9, 2024

Max Verstappen champion tal-Formula Wieħed għar-raba’ darba

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tar-Red Bull, Max Verstappen, sar champion tal-Formula Wieħed għar-raba’ darba konsekuttiva u personali meta fil-Grand Prix tal-Istati Uniti, fiċ-ċirkwit ta’ Las Vegas, huwa temm quddiem ir-rival dirett tiegħu, il-Brittaniku Lando Norris (McLaren) biex issa ma jistax jintlaħaq meta fadal żewġ tiġrijiet għat-tmiem hekk kif għandu vantaġġ ta’ 57 punt u għaldaqstant ma jistax jintlaħaq. 

It-tiġrija ntrebħet mill-Brittaniku, George Russell        (Mercedes) meta rreġistra ħin ta’ 1:22:05.969. Huwa kien segwti mill-kompatrijott u kollega, Lewis Hamilton u ż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, l-Ispanjol Carlos Sainz u dak minn Monaco, Charles Leclerc … filwaqt li Verstappen u Norris temmew fil-ħames u fis-sitt pożizzjonijiet rispettivament. 

Verstappen, 27 sena, wara t-tiġrija qal: “Xi staġun dan! “Kien ftit aktar diffiċli mill-istaġun li għadda, iżda flim­kien mat-team tiegħi rnexxieli nirbaħ ir-raba’ wieħed tal-karriera tiegħi. Ma nistaqx nistaqsi għal aktar. Qed ngħix ħolma.”

Klassifika (ta’ fuq): 403 – Verstappen; 340 – Norris; 319 – Leclerc; 268 – Oscar Piastri; 259 – Sainz; 217 – Russell; 208 – Hamilton; 152 – Perez; 62 – Alonso. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport