Thursday, December 26, 2024

Max Verstappen jirbaħ il-GP tal-Arabja Sawdija b’mod komdu

Aqra wkoll

Max Verstappen tar-Red Bull kiseb rebħa komda fil-Grand Prix tal-Arabja Sawdija, bir-rebħa tkun it-tieni waħda f’żewġ tiġrijiet fl-2024 u d-disa’ rebħa konsekuttiva li tmur lura għal Settembru.

Huwa llidja lill-kollega tal-istess Red Bull, Sergio Perez, għal wieħed-tnejn fuq il-podju, u kompliet is-superjorità kbira li Verstappen kellu fuq il-kamp tal-Formula 1 għal kważi sentejn.

Charles Leclerc tal-Ferrari daħal fit-tielet post u sieħbu, il-Brittaniku Oli­ver Bearman, kiseb il-punti fid-de­butt tiegħu meta spiċċa fis-seba’ post.

Bearman, li daħal minflok Carlos Sainz wara li l-Ispanjol għadda minn appendicite, ta’ 18-il sena sar l-iżgħar sewwieq Brittaniku fl-istorja tal-F1, u t-tielet l-iżgħar li qatt kien hemm.

Huwa saq b’maturità biex warrab sfida potenzjali minn Lando Norris tal-McLaren u Lewis Hamilton tal-Mercedes.

Norris u Hamilton kienu baqgħu barra waqt is-safety car bikrija, skjerata wara li Lance Stroll ta’ Aston Martin ħabat fis-sitt dawra.

Huma waqfu meta kien fadal 13 u 14-il dawra għat-tmiem, Hamilton dawra qabel Norris, u waħħlu tyres rotob, bit-tama li jkunu jistgħu iżidu fil-veloċitá tagħhom. 

Iżda wara li inizjalment ħadu ftit mill-vantaġġ ta’ Bearman, it-tyres tagħhom bdew ‘jisparixxu’, u Norris u Hamilton tħallew jissieltu bejniethom għat-tmien post aktar milli jisfidaw lis-sewwieq żagħżugħ.

Bearman beda fil-11-il post meta mpressjona fil-prattika finali u kien fit-12-il post wara s-safety car.

Hu qabeż lil Sauber ta’ Zhou Gunayu u mbagħad lil Haas ta’ Nico Hul­kenberg biex eventwalment ibbenefika mill-istrateġiji ta’ Hamilton u Norris f’debutt brillanti li kkonfermah bħala stilla potenzjali tal-futur.

Bearman kien inħatar is-sewwieq tal-ġurnata fil-vot tal-partitarji u Lec­lerc sellimlu wara t-tellieqa.

Wara żewġ tiġrijiet ta’ fuq huma: 1. Max Verstappen (Red Bull) 51 punt; 2. Sergio Perez (Red Bull) 36; 3. Charles Leclerq (Ferrari) 28; 4. George Russell (Mercedes) 18; 5.Oscar Piastri  (McLa­ren) 16; 6. Carlos Sainz Jr (Ferrari) 15.

Ekonomija

Sport