Max Verstappen rebaħ li Sprint Race tal-GP ta’ Singaporewara li beda mill-pole position, hekk kif George Russell, li kien qed jillidja fil-bidu, ħabat fi tmiem l-ewwel dawra.
Xita qawwija wasslet biex it-tiġrija tiġi posposta b’nofs siegħa minħabba l-ilma li kien inġema’ f’partijiet miċ-ċirkwit ta’ Marina Bay. Il-karozzi kollha bdew fuq tajers intermedji.
Russell tilef il-kontroll tal-Mercedes tiegħu u spiċċa mal-barrieri, filwaqt li Lance Stroll u Sergio Perez ħabtu fil-kurva 16. Isack Hadjar irtira minħabba problema teknika.
Is-safety car daħlet għal ħames dawriet, li matulhom Arvid Lindblad tilef il-kontroll u Franco Colapinto rtira wkoll minħabba ħsara teknika. Għal Verstappen din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva.





