Wednesday, April 24, 2024

Max Verstappen se jibda l-Grand Prix tar-Russja mill-aħħar post

Aqra wkoll

Max Verstappen fuq Red Bull se jkun qed jibda l-Grand Prix Russu tal-Ħadd mill-aħħar post bħala riżultat ta’ penalitá talli uża wisq magni.

Red Bull kellhom bżonn jutilizzaw ir-raba’ magna – waħda aktar milli permessa għal staġun.

Huma ddeċidew li jagħmlu dan fir-Russja wara li ngħataw penalitá ta’ tliet postijiet wara l-ħabta mar-rivali għar-rebħ tat-titlu Lewis Hamilton fl-aħħar tellieqa.

Valtteri Bottas qabeż lil Hamilton fuq Mercedes fit-tieni sessjoni ta’ prattika f’Sochi.

Bottas kien 0.044 sekondi aktar veloċi minn Hamilton, quddiem Pierre Gasly fuq Alpha Tauri, Lando Norris fuq McLaren, Esteban Ocon fuq Alpine u Verstappen.

Antonio Giovinazzi fuq Alfa Romeo ħabat fid-disa’ dawra, u kellha tinħareġ il-bandiera l-ħamra, u tard fis-sessjoni Gasly kellu jibdel il-ġwienaħ ta’ quddiem tiegħu meta wkoll kien involute f’inċident fit-tieni dawra.

Il-penalitá mogħtija lil Verstappen tagħti lil Hamilton u Mercedes opportunità tad-deheb biex jiksbu jaqbżu lil Verstappen fil-kampjonat, hekk kif l-Olandiż jinsab ħames punti quddiem Hamilton.

Hamilton qal: “Tassew ma jbiddel xejn għalina. Għandna biss nagħmlu dak li għandna u niffokaw biex nimxu ‘l quddiem.”

“Hija sena iebsa għal kulħadd rigward affidabilità. Żgur li huwa tal-mistħija għal Verstappen u rridu nippruvaw nikkapitalizzaw fuq dan u niksbu riżultat massimu, Li niksbu l-ewwel żewġ postijiet ikun spettakolari għalina bħala team.”

Is-seba’ darbiet champion tad-dinja kompla biex qal li kien kuntent bil-progress fl-ewwel ġurnata ta’ provi.

Sport