Tuesday, October 27, 2026
Home Sport Mbappe u Dembele kkritikati b’diżrispett wara r-rebħa ta’ Harry Kane fil-Ballon d’Or

Mbappe u Dembele kkritikati b’diżrispett wara r-rebħa ta’ Harry Kane fil-Ballon d’Or

0
70

Kylian Mbappe u Ousmane Dembele ġew ikkritikati fuq il-midja soċjali wara li dehru li ma qamux minn posthom biex isellmu lil Harry Kane waqt iċ-ċerimonja tal-Ballon d’Or, li saret f’Londra.

Kane rebaħ il-premju ewlieni, u għeleb lil Mbappe b’41 punt biss, filwaqt li Dembele spiċċa fis-seba’ post. F’filmati li ċċirkolaw fuq il-media soċjali,  Mbappe deher iħares lejn in-naħa l-oħra, filwaqt li Dembele kien fuq it-telefon, iżda niżżlu biex jagħti idejh lill-attakkant ta’ Bayern Munich.

Mbappe aktar tard sellimlu b’tgħanniqa. Minkejja dan, diversi partitarji akkużaw liż-żewġ Franċiżi b’nuqqas ta’ rispett. Kien hemm ukoll kritika lejn ir-reazzjoni ta’ Mbappe u Lamine Yamal meta tħabbar ir-rebbieħ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here