Wednesday, November 11, 2026
Home Sport McTominay jiżvela li ngħata trattament għal problema f’qalbu jumejn qabel id-debutt tat-Tazza...

McTominay jiżvela li ngħata trattament għal problema f’qalbu jumejn qabel id-debutt tat-Tazza tad-Dinja

0
26

Scott McTominay żvela li kellu jgħaddi minn trattament għal problema fir-ritmu ta’ qalbu jumejn qabel id-debutt tal-Iskozja fit-Tazza tad-Dinja kontra Haiti.

Il-midfielder ta’ Napoli kellu jingħata xokk elettriku biex jiġi rregolat ir-ritmu tal-qalb. Il-problema reġgħet feġġet f’Awwissu waqt partita kontra Como, meta nstab li kellu arritmija ħafifa u beninna.

F’Settembru, McTominay għadda minn intervent f’Manchester, li kellu l-għan li jikkoreġi din il-kundizzjoni. L-intervent kien ta’ suċċess u f’Ottubru seta’ jirritorna għat-taħriġ.

Il-player ta’ 29 sena rringrazzja lit-team mediku ta’ Napoli u lill-istaff mediku tal-Iskozja għall-appoġġ tagħhom, filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu li reġa’ jinsab jilgħab il-football u disponibbli għall-impenji internazzjonali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here