Intant, fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ħabbar ukoll li fl-aħħar ġimgħat ġiet introdotta mediċina ġdida fuq il-formularju tal-Gvern għal persuni li għandhom id-dijabete tat-tip 2.
Huwa spjega li l-mediċina Jardiance se jibbenefikaw minnha mal-10,000 ruħ u d-dettalji ta’ kif wieħed jaċċessaha se jingħataw fil-jiem li ġejjin.
“Din hi mediċina li tiswina madwar €5 miljuni fis-sena. Hi mediċina relattivament ġdida li se tagħmel differenza kbira għal dawk il-pazjenti li huma tat-tip 2 u li tista’ tevita li ħafna minnhom ikollhom għalfejn bżonn imorru għall insulina,” qal Fearne.