Wednesday, April 24, 2024

27,000 persuna diġà ħadu t-tilqima tal-influwenza

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sal-bieraħ, kienu ħadu t-tilqima tal-influwenza madwar 27,000 persuna. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.

Huwa qal li din is-sena ninsabu f’sitwazzjoni fejn qed isiru żewġ kampanji ta’ tilqim fl-istess ħin, waħda għat-tilqim tal-influwenza u l-oħra għat-tilqim bil-booster kontra l-Covid-19. “Dan ifisser li r-riżorsi qed nużawhom kemm għall-influwenza kif ukoll għall-Covid-19,” qal Fearne. 

Huwa semma li fl-aħħar jiem beda jingħata wkoll it-tilqim tal-influwenza lil tfal ta’ taħt it-12-il sena mill-kliniċi tas-Saħħa f’Raħal Ġdid, il-Mosta u l-Floriana fil-jiem tas-Sibt u l-Ħadd. Spjega li fl-ewwel tmiem il-ġimgħa minn meta beda jiġi offrut dan is-servizz lit-tfal, kien hemm madwar 2,000 tifel u tifla li ħadu t-tilqima.

Dwar il-booster, il-Ministru Fearne qal li sa issa madwar 75% tal-persuni li għandhom aktar minn 70 sena ħadu l-booster kontra l-Covid-19.  

Sport