Monday, May 13, 2024

Mehdi Taremi minflok Harry Kane?

Aqra wkoll

Il-media Ingliż qed tirrapporta li l-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane hu viċin Bayern Munich. Tottenham Hotspur qed jieħdu nota ta’ dan kollu hekk kif qed ifittxu xi profili ta’ plejers oħra sabiex wieħed minnhom ikun is-sostitut tal-istess Kane. 

Plejer li qed jissemma’ ferm fil-kurituri tat-Tottenham Hotspur Stadium hu Mehdi Taremi, li jilgħab ma’ Porto. Dan il-plejer jiswa €30 miljun, somma li t-tim minn Londra lesti jħallsuha.

Taremi hu plejer mill-Iran, għandu 31 sena u skorja 58 gowl f’99 partita milgħuba mat-tim Portugiż.

Sport