Wara li għaddew ħamest ijiem mill-inċident tar-referee Halil Umut Meler li ġie aggredit mill-president ta’ Ankaragucu Faruk Koca li saħansitra tah daqqa ta’ ponn, tkellem l-istess uffiċjal tal-logħba fejn sostna li qed jaħsibha serjament li jieqaf jikkontrolla logħbiet.
Hu qal li bħalissa għandu bżonn ħafna mistrieħ anke minħabba uġigħ li qed iħoss f’għajnejh. Hu qal ukoll li l-UEFA ikkuntattjatu wara dan l-inċident.
Sadanittant, il-federazzjoni tal-futbol Torka issospendiet b’mod permanenti lil Koca li kkawża dan l-inċident.