Saturday, May 4, 2024

Melita champions tal-BOV Challenge League

Aqra wkoll

Melita ġew inkurunati champions tal-BOV Challenge League Champions wara l-aħħar partita tagħhom tal-istaġun..

Matematikament champions b’vantaġġ komdu ta’ 6 punti fuq l-eqreb rivali tagħhom  Zabbar St Patrick’s, Melita temmew l-istaġun b’mod pożittiv billi għelbu lil Pieta Hotspurs bl-iskor ta’ 5-1 u s-sena d-dieħla se jirritornaw fl-ogħla livell tal-futbol Malti għall-ewwel darba mill-istaġun 2012-2013.

Wara l-partita, Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta u Angelo Chetcuti, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association ippreżentaw it-Tazza tal-BOV Challenge League Melita.

Il-Bank of Valletta ilu wieħed mill-isponsors ewlenin tal-MFA mill-istaġun 2005/2006 u huwa kommess li jippromwovi saħħa u benessri tajba permezz tal-isport fil-komunità li topera fiha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport