Saturday, May 4, 2024

Il-VAR protagonista fid-draw bejn Aston Villa u Chelsea

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Chelsea, Mauricio Pochettino, qal li l-VAR qed “jagħmel ħsara” lill-football Ingliż wara li Axel Disasi kellu goal imħassar fil-ħin miżjud fid-draw ta’ 2-2 kontra Aston Villa.

Chelsea għamlu rimonta wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals iżda fid-95 minuta Disasi ħaseb li ta r-rebħa lill-Pensioners.

Iżda wara reviżjoni mill-VAR il-goal ma ġiex konvalidat fost protesti qawwija mill-players ta’ Chelsea.

“Għar-referee kien kollox normali u d-daħla ta’ Benoit Badiashile fuq id-difensur ta’ Aston Villa kienet waħda leġittima.

“Iżda l-VAR dawwar kollox biex il-goal ġie mħassar.

Il-VAR qed jagħmel ħsara lil-logħba, lill-players, lill-partitarji u lil kulħadd.

B’dan id-draw, issa d-destin ta’ Aston Villa li jtemmu fir-raba’ post mhuwiex f’idejhom hekk kif Tottenham Hotspur iridu jirkupraw tliet partiti.

Villa fetħu vantaġġ ta’ zewġ goals minn auto-goal ta’ Marc Cucurella (4) u Morgan Rogers (42) filwaqt li Noni Madueke (62) u Conor Gallagher (81) kisbu d-draw għall-Pensioners.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport