Tuesday, October 22, 2024

Melita tkompli l-espansjoni internazzjonali bit-tnedija ta’ impriża ġdida tal-IoT fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Melita nediet m.iot, impriża ġdida li topera fil-Ġermanja u li se tkun iffukata fuq l-Internet of Things (IoT). Immexxija minn Tobias Stiepak u Dr Herbert Leifker li flimkien għandhom aktar minn 50 sena esperjenza fl-immaniġjar ta’ komunikazzjoni u dejta, m.iot se tipprovdi konnettività u soluzzjonijiet IoT prinċipalment għas-suq Ġermaniż. It-twaqqif ta’ m.iot jimmarka t-tieni espansjoni internazzjonali sinifikanti tal-Melita f’ħafna snin, wara t-tnedija ta’ Melita Italia fl-2019, li tipprovdi servizzi ta’ gigabit internet fl-Italja.

Harald Roesch, Kap Eżekuttiv ta’ Melita, qal, “It-tnedija ta’ m.iot hu pass ieħor importanti fil-vjaġġ tagħna li nibdlu kumpanija Maltija f’waħda ewlenija u innovattiva f’oqsma speċifiċi fis-swieq Ewropej. m.iot fil-fatt se tkun l-ewwel fornitur Ġermaniż li toffri netwerk IoT miftuħ. Is-swieq ta’ Machine to Machine (M2M) u Internet of Things (IoT) qed jikbru b’rata mgħaġla u wara t-tnedija ta’ melita.io f’Ottubru li għadda, rajna interess fis-servizzi tal-konnettività IoT tagħna jiżdiedu mhux biss hawn Malta iżda wkoll fl-Ewropa. Abbażi ta’ dan, ħadna d-deċiżjoni li noħolqu entità ġdida fil-Ġermanja.”

Biex twassal is-servizzi tagħha fil-Ġermanja, m.iot se tuża kemm IoT ibbażat fuq SIM kif ukoll arkitettura tan-netwerk imsejjaħ LoRaWAN. LoRaWAN huwa protokoll ta’ netwerking ta’ qawwa baxxa b’żona wiesgħa (Low Power, Wide Area) ddisinjat biex jgħaqqad apparat li jaħdmu bil-batteriji mal-internet u maħsub għal ħtiġijiet ewlenin tal-IoT fosthom komunikazzjoni bi-direzzjonali u sigurtà end-to-end.

Aktar tagħrif dwar is-servizzi IoT tal-Melita jinsabu fuq is-sit www.melita.io

Sport