Friday, May 3, 2024

Melvin Theuma jinsab f’kundizzjoni stabbli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minkejja għajdut u spekulazzjonijiet rigward il-kundizzjoni ta’ Melvin Theuma, fl-aħħar ħin il-Pulizija kkonfermat li huwa jinsab f’kundizzjoni stabbli. Fi stqarrija maħruġa minnha l-Pulizija kkonfermat li huwa jinsab fit-taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Theuma ddaħħal l-Isptar b’urġenza tard ilbieraħ filgħaxija wara li nstab b’diversi ġrieħi li skont ma ntqal mill-Kummissarju tal-Pulizija kmieni dalgħodu; mill-ewwel investigazzjonijiet li saru minn investigaturi esperti jidher li Theuma prova jweġġa’ lilu nnifsu. 

Il-Kummissarju spjega wkoll li Melvin Theuma nstab f’sikkina f’idu il-leminija bi ġrieħi serji f’għonqu, ġrieħi fil-kustilji u ġrieħi fil-polz.

Sport