Thursday, April 18, 2024

Edizzjoni oħra tal-Annual Live Concert fil-Mellieħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minkejja ż-żmien diffiċli li affaċċja pajjiżna tul dawn l-aħħar xhur u d-diffikultajiet li sabu quddiemom l-għaqdiet mużikali minħabba l-effetti tal-COVID-19, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa xorta waħda ħadmet qatiegħ biex għal sen’oħra ttella’ edizzjoni tal-Annual Live Concert 2020 mill-Junior Choir and Orchestra fi ħdan din l-istess Għaqda.  Dan kollu se jsir biex din l-Għaqda tagħti l-opportunita’ lill-mużiċisti tfal, żgħażagħ u kif ukoll studenti biex juru t-talenti mużikali tagħhom u jallegraw lill-pubbliku bil-mużika sabiħa li sejrin joffru.  Dan kollu se jsir nhar is-Sibt l-1 t’Awwissu fi Triq il-Parroċċa l-Mellieħa u li jibda fis-19.30, eżattament quddiem is-sede tal-istess Għaqda.   Din is-serata se tkun magħmula minn għażla vasta ta’ mużika li tolqot il-gosti ta’ kulħadd, fosthom mużika moderna, kontemporanja, mużika mid-dinja tal-films u aktar.  

The Junior Choir and Orchestra se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Wayne Bartolo, filwaqt li l-kor ġie ppreparat minn Kristina Marie Vella.  

Dan il-kunċert huwa miftuħ għall-pubbliku.  

Ekonomija

Sport