Saturday, December 21, 2024

Membri tal-FAM, Brigadier u l-PM akkużati bi qtil involontarju ta’ immigranti

Aqra wkoll

Il-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem tiċħad it-talba biex il-gvern Malti u dak Taljan jiftħu l-portijiet 

Il-Prim Ministru fi stqarrija li għamel ftit tal-ħin ilu esprima d-diżappunt tiegħu minħabba rappurtaġġ li fih il-kelliem tal-oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi flimkien mal-għaqda non-governattiva Repubblika għamlu żewġ kwereli biex jiġu investigati l-ekwipaġġ sħiħ tal-Forzi Armati P52 flimkien mal-brigadier Jeffrey Curmi.

L-akkuża tagħhom hi waħda mill-aktar serja; illi l-armata wettqet il-qtil volontarju ta’ numru ta’ immigranti billi dawn ma ġewx salvati. B’hekk 11-il persuna u l-Brigadier se jkunu qed jiġu investigati u b’hekk ġew sfukati mill-ħidma professjonali li kienu qed iwettqu.

Talbu lill-aġent Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga persuna oħra responsabbli u dan huwa l-Prim Ministru nnifsu. Robert qal li kien għalhekk li hu ta’ lilu nnifsu għall-investigazzjonijiet neċessarji.

L-aġent Kummissarju għarraf biex tibda Inkjesta Maġisterjali minħabba n-natura tal-akkużi serji fil-konfront ta’ dawn il-persuni msemmija. Il-PM spjega li din l-akkuża ta’ qtil involontarju ġġorr magħha sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Abela esprima d-diżappunt tiegħu minħabba l-azzjoni ta’ dawn li għażlu li jnaqqsu r-riżorsi f’mument li fih kulħadd iffukkat li jibża’ għas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-PM għamilha ċara li dan kollu mhux se jkun qed iwaqqfu mill-ħidma li għaddejja f’mument tant importanti. Kompla jgħid li s-sejħa biex dawn jintbagħtu għomorhom il-ħabs tkompli ssaħħaħ lil dawn li qed jagħmlu s-sewwa u mhux tbeżża’.

Abela qal li pajjiżna għamel aktar milli felaħ fis-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni biex isalva l-ħajjiet, iżda l-pożizzjoni li ħa l-gvern mhux se tkun qiegħda tinbidel u pajjiżna f’din is-sitwazzjoni mhux fi stat li jilqa’ immigranti.

Il-Qorti Ewropea ċaħdet it-talba tal-għaqda Repubblika biex Malta u l-Italja jiftħu l-portijiet tagħhom għall-immigranti.

Ekonomija

Sport