Il-Ħamis waranofsinhar, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie infurmat li persuna kellha bżonn assistenza medika wara li sofriet ġrieħi f’rasha kawża ta’ waqgħa fiż-żona magħrufa bħala Blata l-Bajda, fil-limiti ta’ Selmun.
Minnufih bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ ikkoordinata bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta. Il-persuna ngħatat l-assistenza minn membru tas-salvataġġ tal-Forzi Armati u ttieħdet permezz ta’ vettura tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili lejn post sigur u aċċessibbli.
Wara, dinil-persuna ngħatat l-għajnuna mmeħtieġa mit-tim tal-ambulanza li kien qed jistenna f’Fort Campbell għal aktar kura medika.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq jirringrazzja lill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei għall-assistenza tagħhom matul din l-operazzjoni.


