Saturday, April 27, 2024

“Meta bdiet l-invażjoni Russa niżżilt id-dettalji personali fuq dahar binti” – Omm Ukrena

Aqra wkoll

Ġenituri Ukreni qed jaqsmu ritratti ta’ wliedhom fuq il-midja soċjali b’xeni ta’ qsim il-qalb. Dan hekk kif qed iniżżlu xi dettalji personali fuq il-ħwejjeġ jew fuq il-ġisem ta’ wliedhom bil-għan li f’każ li t-tfal jispiċċaw orfni jingħataw l-għajnuna meħtieġa sabiex isalvaw.

Ritratt partikolari huwa dak taċ-ċkejkna Vira li tgħix fi Kyiv. Ommha, Sasha Makoviy, tirrakkonta li meta bdiet l-invażjoni Russa, hija niżżlet id-dettalji personali bil-biro — fosthom id-data tat-twelid ta’ bintha — fuq dahar Vira. 

Bosta ġenituri Ukreni setgħu jirrelataw ma’ din l-omm, hekk kif huma wkoll għaddejjin minn din is-sitwazzjoni ta’ qsim il-qalb. Fosthom kien hemm persuna li qalet illi meta faqqgħet il-gwerra Russo-Ukrajna, hija għamlet l-istess ħaġa lil binha li għandu biss tliet snin u li għalkemm hija tinsab miegħu l-Ingilterra xorta waħda tagħmel ċert li dejjem iġorr miegħu karta b’dawn id-dettalji.

Oħrajn qalu li ħadmu brazzuletti u naqqxu n-numri ta’ fejn jistgħu jiġu kkuntattjati. 

Sport