Thursday, March 28, 2024

Elezzjonijiet każwali: 38 nominazzjoni f’isem il-PL

Aqra wkoll

Matul dawn l-aħħar ħamest ijiem, in-nominazzjonijiet li tefgħu l-kandidati f’isem il-Partit Laburista ammonta għal 38.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq it-tieni distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Ministru Clyde Caruana huma: Glenn Bedingfield, Edward Cassar Delia, James Grech, Mark Grech, Joseph Mizzi, Oliver Scicluna u Amanda Spiteri Grech. 

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq it-tielet distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Ministru Owen Bonnici huma: Raymond Abela, Alicia Maree Beth Sephora Bugeja Said, Edward Cassar Delia, Audrey Demicoli, James Grech, Jean Claude Micallef u Joseph Mizzi.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq ir-raba’ distrett sabiex jimtela l-post li ċeda d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne huma: Glenn Bedingfield, Herbert Conti, Katya De Giovanni, Oliver Scicluna u Amanda Spiteri Grech 

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq il-ħames distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Prim Ministru Robert Abelahuma: Gianluca Cutajar, Omar Farrugia, Jean Claude Micallef u  Joseph Mario Sammut.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq is-sitt distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Ministru Ian Borg huma: Malcolm Paul Agius Galea, Sean Apap Meli, Fiona Borg, Joseph Cutajar, Rosianne Cutajar , Katya De Giovanni u Omar Farrugia.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq is-seba’ distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Ministru Silvio Schembri huma: Malcolm Paul Agius Galea, Alicia Maree Beth Sephora Bugeja Said, Naomi Cachia u Chris Grima.

Il-kandidata Laburista li tefgħet in-nominazzjoni tagħha fuq id-disa’ distrett sabiex jimtela l-post li ċedew il-Ministru Michael Falzon u l-Ministru Clifton Grima hija: Rebecca Buttigieg.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq il-ħdax-il distrett sabiex jimtela l-post li ċediet il-Ministru Miriam Dalli huma: Anthony Agius Decelis u Romilda Baldacchino Zarb.

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-għadd tal-voti tal-Elezzjonijiet Każwali se jsir nhar il-Ħamis, 7 ta’ April, 2022, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-għadd tal-voti se jibda fid-9.00am.

Ekonomija

Sport