Sunday, December 29, 2024

Meta bintha kellha kanċer, Puttinu kien il-bastun tagħhom

Aqra wkoll

Omm Emily, minkejja li llum bintha tinsab ħdejn il-Bambin, hija grata immens għall-għajnuna kbira li rċeviet mingħand Puttinu Cares matul il-battalja tagħhom kontra l-kanċer. Infatti, tqis lil din l-NGO bħala bastun li f’dak iż-żmien tant diffiċli setgħet isserraħ fuqu biex tiddedika l-ħin tagħha kompletament fuq bintha.

Fl-istess kitba, hija spjegat li meta ċ-ċkejkna Emily kellha sena ħtiġilha li titla’ Londra sabiex tkun tista’ tirċievi t-trattament neċessarju biex tikkumbatti kontra kanċer rari magħruf bħala Neuroblastoma.

Matul is-sitt xhur li qattgħu f’wieħed mill-appartamenti ta’ Puttinu f’Sutton, Puttinu kien ta’ serħan il-moħħ għal Emily u l-familjari tagħha: “Lanqas nimmaġina x’kien jiġri kieku ma kinux huma … dak iż-żmien stajt niffoka biss fuq Emily u l-bqija ħallejt kollox f’idejhom,” issostni omm Emily.

Hija fissret dan kollu f’kitba li qasmu Puttinu Cares fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook.

Ekonomija

Sport