Inter jistgħu jsiru champions Taljani fil-21 ta’ April, fid-derby della Madonnina kontra r-rivali eterni Milan.
Fi tmiem il-ġimgħa, in-Nerazzurri fetħu vantaġġ ta’ 16-il punt wara li l-istess Milan qabżu lil Juventus fit-tieni post wara li dawn tal-aħħar ġew miżmuma f’darhom minn Atalanta bl-iskor ta’ 2-2.
Il-fatt li fadal 10 logħbiet għat-tmiem, Inter għandhom bżonn li jirbħu ħamsa minnhom. Peró, jekk Milan u Juventus jitilfu l-punti, Inter jistgħu jiġu dikjarati champions qabel il-21 ta’ April. Min-naħa l-oħra jekk Inter ifallu l-punti u Milan jirbħu l-ħames partiti … ikollhom jistennew aktar.