Sunday, June 21, 2026

Meta se nitgħallmu?….x’tieħdu bil-vandaliżmu?

Aqra wkoll

Kultant ma tifhimx. Kif xi ħadd jiddeċiedi li jivvandalizza bust ta’ Frans Sammut, kittieb u ħassieb. Frans kien wieħed minn dawk li ħadem bla heda biex l-ilsien Malti u l-karattru Malti jaqdef fuq quddiem ma’ letteraturi barranin.

U allura le ma tifhimx kif grupp  ta’ żgħażagħ mhux magħrufa vandalizzaw il-bust ta’ Frans Sammut fi Ġnien Tfulija bis-spray aħmar. L-att vandalu seħħ f’Ħaż-Żebbuġ. 

Azzjoni bħal din turik ħaġa waħda biss. In-nuqqas ta’ għarfien li hawn f’pajjiżna. In-nuqqas ta’ rispett u apprezzament għal dak li wettaq Frans Sammut.

Kien pass għaqli minn naħa tal-Kunsill Lokali li b’mod immedjat għamel kuntatt mal-artist Jesmond Bonello sabiex iż-żebgħa ħamra li intefgħet titneħħa minnufiħ. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport