F’Jannar n-numru ta’ nies jaħdmu full-time qabeż għall-ewwel darba 305,000. Dan ifisser li minn Marzu 2013’l hawn kien hemm żieda ta’ madwar 149,000 impjieg full-time. Dan minbarra li kien hawn żieda ta’ madwar 38,000 impjieg part-time.
Mill-bidla fil-Gvern fl-2013 kull jum żdiedu 40-il impjieg għal total ta’ madwar 187,000. Din hija erbgħa darbiet ir-rata ta’ kreazzjoni ta’ xogħol osservata qabel l-2013.
F’Jannar in-numru ta’ impjiegi full-time żdied bi kważi 14,000 fuq sena qabel. Minn dawn anqas minn 1,900 kienu mas-settur pubbliku.
Kien hemm żieda ta’ aktar minn 12,000 impjieg mas-settur privat. Kważi 1,100 kienu mal-ħwienet, 1,000 mat-trasport, 900 mal-lukandi u ristoranti, 300 mal-manifattura, 500 mas-servizzi finanzjarji, 500 mas-servizzi professjonali, 2,900 mas-servizzi amministrativi, 1,400 mal-informatika u mar-remote gaming 500 oħra. Kien hemm tkabbir ta’ madwar 1,100 mas-servizzi tas-saħħa u edukazzjoni privati.
B’kollox kien hemm żieda ta’ kważi 850 self-employed.
Ix-xogħol part-time żdied b’madwar 7,100 fuq sena qabel.
F’Għawdex kien hemm żieda ta’ 905 impjieg full-time u ta’ 729 impjieg part-time.

