Wednesday, April 23, 2025

MFA: Sejħa lill-pubbliku biex jagħżel … L-Aqwa 11-il Plejer Malti ta’ kull żmien

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-125 Sena Anniversarju mit-twaqqif tal-Malta Football Association, il-pubbliku sportiv qiegħed jingħata l-opportunità sabiex jivvota għall-Aqwa 11-il Plejer ta’ Kull Żmien minn għażliet li saru minn persuni li għandhom esperjenza twila tal-Futbol Malti bħala amministraturi, kowċis, uffiċjali tal-logħba, ġurnalisti, riċerkaturi, kittieba, u/jew preżentaturi ta’ programmi sportivi.

Il-preferenzi tal-pubbliku sportiv għandhom 65% tar-riżultat finali, li jitħabbar waqt is-Serata Annwali tal-Unuri tal-Malta Football Association għall-istaġun 2024/2025 nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju.

Il-pubbliku jista’ jipparteċipa billi jissottometti preferenza waħda għal kull pożizzjoni fil-grawnd b’formola onlajn sa nhar il-Hadd 18 ta’ Mejju:

https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSc8Q3dsoNmMI__lB8P0xMvs86Qp-UDnEVmPNsRcf8MP0WdV6Q/viewform?usp=preview

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport