Friday, October 25, 2024

MFCA Awards: Branko Nisevic l-aqwa kowċ tal-kampjonat BOV Premier

Aqra wkoll

Branko Nisevic rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ tal-kampjonat BOV Premier għall-istaġun 2022/23 waqt it-tieni edizzjoni tal-MFCA Awards li saru fl-Iskola Sekondarja San Ġorġ Preca fil-Ħamrun.

Nisevic mexxa lil Ħamrun Spartans għar-rebħ tal-kampjonat Premier filwaqt li wassal lit-tim sal-fażi tal-play-offs tal-UEFA Europa Conference League tal-istaġun li għadda.

Sadanittant, il-kowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri spiċċa fit-tieni post f’din il-kategorija.

Sadanittant f’aktar unuri li ngħataw, Paul Zammit rebaħ l-aqwa kowċ taċ-Challenge League filwaqt li Edgar Degabriele ta’ Senglea Athletic kien magħżul bħala l-aqwa kowċ tal-Amateur League.

Jose Borg ta’ Birkirkara rebaħ l-aqwa kowċ tal-futbol tan-nisa filwaqt li l-eks kowċ ta’ Nadur Youngsters Mark Buttigieg kien magħżul bħala l-aqwa wieħed fil-gżira Għawdxija.

F’wieħed mill-unuri speċjali li ngħataw, Fr Hilary Tagliaferro ingħata l-President’s Award għas-servizz twil tiegħu fil-coaching.

Kien hemm ukoll unuri oħra li jinkludu l-kategoriji ta’ taħt il-15-il sena, taħt is-17-il sena, youths, kowċ tal-goalkeepers u anke head coaches.

Sport