Mgarr United mistennija jilagħbu logħba ta’ ħbiberija kontra l-ġganti tas-Serie A, Lazio, matul il-waqfa internazzjonali ta’ Novembru.
Din il-logħba se sservi bħala test tajjeb għat-tim li jilgħab fiċ-Challenge League, hekk kif qed jieħdu vantaġġ mill-waqfa internazzjonali biex jittestjaw lilhom infushom kontra avversarji ta’ livell ogħla.
Din il-logħba ta’ ħbiberija hija skedata għal nhar is-Sibt, 14 ta’ Novembru, fil-11:00 ta’ filgħodu, fiċ-Centro Sportivo Formello f’Ruma.
L-iMgarr United Supporters Club qed jistieden lill-partitarji kollha biex jappoġġjaw lit-tim, u saħansitra qed joffru li jorganizzaw “vjaġġ tal-aħħar minuta għall-partitarji biex imorru jinkuraġġixxu lill-plejers.”




