Friday, December 13, 2024

“M’għandix dubju li se tippruvaw tagħżlu l-aħjar”

Aqra wkoll

Waqt attività politika t-Tnejn filgħaxija, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal: “M’għandix dubju li nhar is-Sibt li ġej, kull wieħed u waħda minnkom, intom u tiktbu n-numri fil-karta tal-vot, se tkunu qed iġġibu quddiem għajnejkom se tkunu qed iġġibu xi tridu tagħżlu għall-futur ta’ dan il-pajjiż. M’għandix dubju li se tippruvaw tagħżlu l-aħjar u meta ngħidu nagħżlu l-aħjar, irridu nassiguraw ruħna illi bla dubju l-partit li se tagħżlu jkun il-partit li għandu viżjoni.”

Żied jgħid: “Jekk hemm partit li għandu viżjoni għal din l-elezzjoni huwa l-Partit Nazzjonalista. Għandna viżjoni illi se twassal lil Malta biex tindirizza l-problemi kbar li għandna fis-sistema tat-trasport tal-massa u fl-ambjent.  Għandna Gvern Laburist li għamel 10 snin jeqred l-ambjent ta’ pajjiża. X’inhu r-riżultat? 70% taż-żgħażagħ qed jgħidulna li jħossuhom fgati u li m’għandhomx opportunitajiet f’pajjiżna bil-konsegwenza li jridu jitilqu.”

Ma naqsux l-attakki kontra l-Prim Ministru u qal: “Illum kelna konferma oħra li Robert Abela huwa serial tax evader.”

Qal li issa importanti biex dak li jkun ikompli jikkonvinċi lil dawk il-persuni li forsi għad għandhom dubju. “Robert Abela qed jipprova jbeżżgħek. Mhux ta’ b’xejn għamel minn kollox biex ma nsirx Kap tal-Oppożizzjoni.”

Ekonomija

Sport