Tuesday, December 24, 2024

“Mhux biss iġġeddidna fl-istrutturi u fil-persuni, iżda iġġeddidna wkoll fil-ħsieb” – Il-PM

Aqra wkoll

“Fl-aħħar xhur, mhux biss iġġeddidna fl-istrutturi u fil-persuni, iżda iktar importanti minn hekk iġġeddidna fil-ħsieb. Mill-gvern adottajna bidliet rivoluzzjonarji, mill-oqsma tal-governanza sa dawk soċjali. Bidliet li kienu ilhom mistennija żmien u li anke jekk sibna ma’ wiċċna pandemija ma xiex nissieltu, kellna l-kuraġġ li nwettquhom u nwassluhom.”

Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista f’messaġġ irrekordjat waqt Business Breakfast mtella’ mill-Partit Laburista bħala parti minn konsultazzjoni li qed issir dwar id-dokument ‘100 IDEA’ biex flimkien inkomplu nfasslu l-futur ta’ pajjiżna.

“Nemmnu li ma’ dak li ksibna sal-lum nistgħu nwettqu iktar biex fejn aħna fost l-aqwa nibqgħu mal-aqwa u fejn ilħaqna l-medja nimmiraw għall-quċċata.”

Il-Prim Ministru spjega kif kien dan li wassal biex bis-sehem ta’ persuni minn kull sfond tal-ħajja, qed jitwettaq proċess li permezz tiegħu smajna u kkonsultajna biex żviluppajna ħsibijiet dwar għaxar oqsma li lkoll huma importanti.

“Smajna u kkonsultajna għaliex nemmnu li kulħadd għandu x’joffri, u huwa meta niġu flimkien li joħorġu l-aqwa ideat. Għalina l-prinċipji jibqgħu konsistenti. Irridu li nibqgħu l-partit tax-xogħol, tal-għaqal fit-tmexxija u dak li jassigura t-tqassim tal-ġid b’mod ġust.”

Il-Prim Ministru sostna wkoll kif kulħadd se jibqa’ jsib il-Partit Laburista bħala strument qawwi ta’ bidla. Mhux bidla għal konvenjenza iżda bidla ta’ partit konvint mill-fatt li s-suċċessi li għamilna sal-lum huma biss il-motivazzjoni biex bħala Għawdxin u Maltin niksbu aktar flimkien.

Ekonomija

Sport