Friday, April 26, 2024

Id-dwana twissi dwar emails qarrieqa

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tad-Dwana qed iwissi lill-pubbliku dwar emails qarrieqa li fihom jgħidu li jkunu ntbagħtu mid-dipartiment.

Id-Dwana qalet li l-frodisti qed jibgħatu emails personalizzati lil vittmi potenzjali fejn jgħidulhom li huma soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni u tariffi. Dan filwaqt li jagħtuhom struzzjonijiet biex jittrasferixxu flus għal kontijiet foloz biex jiġbru l-pakketti tagħhom.

Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ biex jinjora kwalunkwe email suspettuża, jevita li jagħfas fuq il-links u jirrapporta każijiet bħal dawn lis-Cyber Crime Unit.

Id-Dipartiment tad-Dwana xtaq jinforma lill-pubbliku li qatt ma jikkuntattja lill-konsumatur direttament biex iħallas dazju u taxxi. Huma l-operaturi ekonomiċi  li jikkuntattjaw lill-konsumatur.

Sport