Monday, May 13, 2024

Mhux eskluż li l-festivals li se jsiru f’Malta titnaqqsilhom l-attendenza permessa

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ma eskludietx li fil-festivals ippjanati li jsiru f’Malta fix-xhur li ġejjin, u li għalihom mistennijin li jattendu diversi barranin, titnaqqas l-attendenza massima permissibbli. Hija qalet dan f’kummenti li tat lill-ġurnalisti meta kienet qed twieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom dwar ir-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-massa u l-pandemija tal-Covid-19.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li matul ix-xahar li għadda kien hemm ħafna attivitajiet tal-massa, u b’referenza għall-party Hotel Takeover, li wassal għal diversi każi ġodda ta’ persuni infettati bil-virus, hija qalet li wieħed għandu jistaqsi x’mar ħażin f’din l-attività.

Tenniet li huwa fid-dover tal-Gvern li jippriserva dak li nkiseb fix-xhur li għaddew.

Meta mistoqsija jekk il-festivals ippjanati humiex se jiżvolġu kif pjanat, il-Ministru Farrugia Portelli qalet li aktar milli mistoqsija jekk isirux jew jekk jiġux kanċellati, wieħed għandu jħares lejn il-punti ta’ x’seta’ sar differenti u x’wieħed jista’ jikkoreġi.

Fl-istess waqt qalet ukoll li kull attività li ssir trid issir b’mod kawt u b’mod bilanċjat.

Sport