Sunday, December 22, 2024

“Mhux lesti li nibqgħu nduru ċirku tond quddiem sfidi bħalma huwa l-għoli tal-ħajja”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt tweġiba parlamentari b’rabta mal-għoli tal-ħajja, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li s-sena li għaddiet minħabba l-pandemija, id-domanda għal ċertu prodotti naqset u dan wassal biex ma jkunx hemm żidiet minħabba nuqqas ta’ pressjoni.

Caruana qal l-għoli tal-ħajja huwa fenominu li jara tibdil fil-prezzijiet u l-aktar li jolqot lin-nies huwa dak it-tibdil fejn jidħlu l-prezzijiet tal-ikel. Spjega li issa li d-dinja reġgħet bdiet ħierġa minn dan l-istadju u l-produzzjoni reġgħet bdiet tirranka, il-produzzjoni mhijiex tlaħħaq mad-domanda li hemm u b’hekk qiegħed ikun hawn żieda fil-prezzijiet.

Il-Ministru qal li quddiem din il-problema din l-amministrazzjoni mhijiex lesta li tibqa’ ddur ċirku tond u b’hekk se tara li jinħoloq mekkaniżmu li jagħti serħan il-moħħ lil eluf ta’ individwi biex tkun żgurata l-ġustizzja soċjali.

Ekonomija

Sport