Tuesday, April 23, 2024

“Għada pitgħada l-poplu jasal biex jagħmel id-deċiżjoni tiegħu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt diskussjoni b’rabta mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista David Agius tkellem dwar il-bżonn ta’ iktar infermiera fl-iskejjel tagħna b’mod speċjali minħabba tfal b’diżabbilità. 

David Agius sostna li dan huwa gvern wieħed u għalhekk jifhem li din tista’ taqa’ taħt is-settur tal-Ministru Fearne, iżda saħaq li jeħtieġ li l-Ministeri jiġbdu ħabel wieħed biex ma jkunx hawn familji li jbatu minn dawn l-inġustizzji.

Agius qal li persuni b’diżabbilità għandhom dritt li jkunu qed jitgħallmu ma tfal oħra u li mhuwiex aċċettabbli li jkun hawn tfal li ma jkunux jistgħu jagħmlu dan jiem wara l-bidu ta’ sena skolastika ġdida.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn il-ġenituri qegħdin ikellmu lill-oppożizzjoni daqskemm qegħdin ikellmu lin-naħa tal-gvern għax hawn ħafna ġenituri li mhux qegħdin jingħataw widen.

“Jien dawn inġibhom għall-attenzjoni tal-Kamra, għada pitgħada l-poplu jasal biex jieħu d-deċiżjoni tiegħu, iżda jien nemmen li m’għandniex nistennew sa dak iż-żmien biex tittieħed azzjoni”, tenna jgħid Agius.

Sport