Friday, April 26, 2024

“Ma naħsibx li lezzjoni jew tnejn ta’ PE fil-ġimgħa huma biżżejjed”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, waqt l-intervent tiegħu b’rabta ma’ dan il-Ministeru qal li jeħtieġ li xi ħadd jaqbad il-barri minn qrunu fejn tidħol l-obeżità. Huwa tkellem dwar il-possibbilità ta’ aċċess bla ħlas għall-ilma f’kull skola f’Malta u Għawdex u qiesu bħala l-aqwa mediċina fejn tidħol l-obeżità.

Huwa fakkar li l-obeżità kienet fattur li wassal għal kumplikazzjonijiet ulterjuri għal dawk il-persuni li spiċċaw infettati bil-Covid-19. Huwa qal li minbarra l-ħajjiet li m’għandhomx prezz, l-obeżità qiegħda twassal għal nefqa ta’ miljuni minħabba kumplikazzjonijiet ta’ saħħa li jsegwu.

Il-Whip qal li ma jaħsibx li bejn lezzjoni u tnejn ta’ PE fil-ġimgħa huma biżżejjed b’hekk jeħtieġ li jibdew diskussjonijiet mal-partijiet konċernati biex tkun tista’ tiżied l-attività fiżika fost l-istudenti.

Huwa sostna li din mhijiex xi ħaġa tal-lum u li għal snin sħaħ dan is-suġġett tħalla fil-ġenb, iżda ta l-eżempju ta’ tifla “stilla” fil-klassi li sfortunatament tispiċċa tbati minn kundizzjonijiet bħalma huma diabete, minħabba nuqqas ta’ inizjattivi li jistgħu jittieħdu.

Sport