Wednesday, April 24, 2024

21,000 lezzjoni online bla ħlas

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tagħha, waqt id-diskussjoni fil-parlament b’rabta mal-edukazzjoni, il-Ministru għall-edukazzjoni Justyne Caruana qalet li l-aħħar budget imħabbar jikkonferma kemm dan is-settur huwa ta’ importanza għal dan il-gvern. Hija qalet li kull student huwa importanti u b’hekk jeħtieġ li jkun żgurat li kulħadd ikollu l-opportunità li jitgħallem sa minn etajiet bikrin.

Il-Ministru fakkret li minkejja pandemija li pparalizzat pajjiżi kbar madwar id-dinja, pajjiżna minkejja ċ-ċokon tiegħu rnexxielu jiftaħ il-bibien tal-iskejjel tagħna u nżammu miftuħin. Barra minn hekk fil-mument tal-prova l-edukazzjoni ta’ pajjiżna qelbet għal sistema diġitali b’21,000 lezzjoni reġistrati, l-ogħla rata ta’ tilqim fost l-edukaturi ’l fuq minn 12-il sena u fl-aħħar mill-aħħar kien reġistrat progress edukattiv.

Sport