Wednesday, April 17, 2024

“Gvern Nazzjonalista ffriża l-pagi tal-edukaturi issa qed iwiegħed li jżidhom”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rigward l-edukaturi, il-Ministru Justyne Caruana qalet li fil-preżent hawn 1,345 għalliem aktar milli kien hawn fl-2012 u aktar minn ħames darbiet aktar LSE’s. Hija spjegat li dan ifisser li meta fl-2012 kien hawn medja ta’ għalliem għal kull 13-il student, illum hawn għalliem għal kull seba’ studenti. 

Tkellmet dwar l-innegozzjar għall-Ftehim Kollettiv li jara titjib fil-pagi tal-edukaturi. Caruana fakkret li kien gvern Nazzjonalista li qabel friża l-pagi tal-edukaturi u llum qiegħed jgħid li se jżidhom.

Il-Ministru rreferiet għal statistika tal-NSO u qalet li l-aħħar studji juru li kien hemm żieda eżorbitanti ta’ studenti li għażlu kors ta’ edukazzjoni fl-Università, bi kważi nofs l-istudenti universitarji jagħżlu dan is-settur. Hawnhekk hija fakkret li għall-ewwel darba din is-sena, l-istudenti qegħdin jingħataw ħlas tat-teaching practice.

Il-Ministru qalet li l-ewwel u qabel kollox irridu naraw li jkollna edukazzjoni inklussiva u li tara li ttella’ studenti kwalifikati li jkunu kapaċi jimlew il-postijiet vakanti fis-soċjetà biex imexxu lil pajjiżna. Hija qalet li iva, l-istudenti tagħna huma studenti tajbin u dan jikkonfermawh ir-riżultati akkademiċi meta kkumparati ma’ dawk ta’ studenti ġejjin minn pajjiż oħrajn.

Rigward kejl tal-livell tal-istudenti fil-matematika u x-xjenza , l-istudenti Maltin mhux biss qabżu l-medja tal-pajjiżi kollha li pparteċipaw, talli l-bniet kisru kull aspettativa biex saħansitra marru aħjar mis-subien f’dan l-ittestjar.

Ekonomija

Sport