Thursday, March 28, 2024

Jason Azzopardi ħati bi ksur ta’ privileġġ fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat l-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar ressqet lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi bi ksur ta’ privileġġ wara li allega li lura fl-2018 indirizzatu bi kliem vulgari u dispreġattiv. 

“Agħar minn hekk qiegħed jgħid li inti Sur Speaker smajtni u ma ġbidtx l-attenzjoni. Jien mhux baxxa. Ma nużax lingwaġġ bħal dak fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum, aħseb u ara fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna”, spjegat Cutajar fil-Parlament.

Intant ftit tal-ħin ilu Cutajar fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook qalet li  l-Ispeaker tal-Kamra sab lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tagħha wara li “GIDEB fuqi”.

Barra minn hekk huwa ntalab biex fl-ewwel okkażjoni li jkollu jiskuża ruħu ma’ Cutajar u jħassar il-kitba li hu tella’ fuq Facebook.

Ekonomija

Sport