Wednesday, April 24, 2024

Mhux rakkomandat li jsir għawn fl-inħawi ta’ Triq Wilġa, San Ġiljan

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika avża li minħabba l-preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm, u li tippreżenta  riskju  għas-saħħa  tal-għawwiema  fi Triq Wilġa, San Ġiljan (Kodiċi tas-Sit B 05), bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mis-7:30 a.m sat-3:30 ta’ p.m jew jibgħat email fuq [email protected], [email protected] u [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Sport