Wednesday, March 27, 2024

Il-Parlament isellem il-memorja tal-Prof. John Rizzo Naudi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Parlament sellem il-memorja tal-eks Membru Parlamentari, il-Prof. John Rizzo Naudi li miet f’April li għadda fl-età ta’ 96 sena. Huwa se jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu b’mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u l-anzjani. 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa ddeskriva lill-Prof. Rizzo Naudi bħala bniedem assertiv però dejjem riservat. Huwa qal li l-ħajja tiegħu kienet mimlija u ħalliet impatt fuq il-qasam mediku u anke dak politiku.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-Prof. Rizzo Naudi kien tabib, politiku tal-Partit Nazzjonalista li ħabb lill-pajjiżu u lill-kostitwenti tiegħu b’mod eżemplari. “Huwa politiku maħbub, li għamel il-ġid. Ħadem ħafna fil-qasam tal-anzjani u kien l-ewwel Segretarju Parlamentari għal dan is-settur.”

“Kien bniedem strumentali anke fis-settur tal-nurses. Kien strumentali fit-twaqqif tal-Istitut tal-Kura tas-Saħħa, l-ewwel istituzzjoni edukattiva ta’ dak il-livell li offriet degrees fil-qasam tan-nursing,” tenna Dr Grech.

Ekonomija

Sport