Friday, April 26, 2024

ARA: Haley Bugeja ttemm l-istaġun b’gowl kontra Inter

Aqra wkoll

“Skurjat il-gowl li vvintat hi stess minn azzjoni personali”. Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-kummentatur Taljan wara l-gowl tal-Maltija Haley Bugeja fl-aħħar logħba tal-kampjonat tas-Seria A tan-nisa.

Il-plejer Maltija għalqet l-istaġun fuq nota ferm pożittiva wara li gowl li skurjat fl-54 minuta għen lil Sassuolo jtemmu l-istaġun b’rebħa kontra Inter.

Nchout naqqset id-distakk għal Inter fis-87 minuta logħob, iżda ma kienx biżżejjed biex Inter jiġbru minn tal-inqas punt ta’ draw minn din il-logħba.

Sport