Sunday, December 22, 2024

Mhux se jgħaddi ġuri il-każ tar-raġel akkużat bil-qtil tal-Baruni Sant Cassia

Aqra wkoll

Carmel Camilleri, l-anzjan ta’ 68 sena li jinsab akkużat bil-qtil tal-Baruni Francis Sant Cassia lura għal l-1988, mhuwiex se jgħaddi ġuri.

Dan ġie ikkonfermat mill-Qorti wara li min-naħa tagħha d-difiża ressqet rikors fejn saħqet li Camilleri mhuwiex tajjeb bex iwieġeb minħabba li l-intelliġenza tiegħu hija akkwivalenti għal xi ħadd żgħir fl-eta’.

B’rispons għal dan, l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali informa lil Qorti li mhux se jkun qiegħed jikkontesta l-argument imressaq mid-difiża.

Minn rapport tal-psikjatrita’ Camilleri, ħareġ li l-anzjan ma kienx qiegħed f’pożizzjoni li jgħaddi ġuri u li postu ma kienx fil-ħabs jew fl-Isptar ta’ Monte Karmeli.

Dan il-każ ġie ipprosedut mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ppresediet il-każ.
L-avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta rrappreżentaw lil Camilleri.

Ekonomija

Sport