Il-Ministru Glenn Bedingfield saħaq li mhux se jaċċetta pressjoni żejda fuq il-Korp tal-Pulizija jew attakki fil-konfront tiegħu għal skopijiet politiċi.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Bedingfield sostna li kull rapport lill-Pulizija għandu jkun ibbażat fuq fatti konkreti u verifikati, filwaqt li denunzji bbażati fuq informazzjoni falza jew għidut m’għandhomx jiġu investigati wara li ssir valutazzjoni tagħhom.
Huwa temm billi sostna li t-theddid mhu se jbeżża’ lil ħadd u li kulħadd irid jagħti rendikont ta’ għemilu.
