Sunday, May 10, 2026

’Mibegħda bla qies”, razziżmu…’skiet totali minn oħrajn”…

….kontroversja inutli u bla sens marbuta sempliċiment mar-reliġjon tal-kandidat Omar Rababah 

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-Musulman”. Hekk bdew jirreferu għalih fuq għadd ta’ siti soċjali. Riferenza ċara għall-aħbar li kienet għadha kif ħarġet li Omar Rababah, persuna Maltija imma missieru Sirjan, kien se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Anki fid-diskursati fil-ħwienet tat-te, ħadd ma jsemmih b’ismu….imma tisma’ “smajtha tal-Musulman’”.  Xi drabi d-diskursati jisħnu sew.  Grupp ta’ anzjani miġburin f’ħanut fil-Ħamrun. Inżertajt qiegħed hemm. “Smajtuha l-aħħar waħda. Iridu jdaħħluhom fil-Parlament issa. Mhux biżżejjed imtlejna bihom”. Wieħed minnhom jgħidlu li “se jeħduna”.  Ieħor jgħidlu “jimlewna bil-moskej. Il-festi jispiċċaw, iwaqqfuhom.” Iwieġbu l-ewwel anzjan, “nitfagħhom kollha ‘lbarra. Sirt tibża toħroġ barra”. U d-diskussjoni tkompli b’turrun ta’ aġġettivi iebsin u ta’ mibegħda kontra l-barranin.

Id-diskussjoni mimlija mibegħda imbagħad tisplodi fuq is-siti soċjali.  “L-ewwel pass sa kemm ikunu fil-poter u jikkmandaw huma.  Kuntenta int bil-liġi tax-Sharia?  Kuntent li jaħarqu il-knejjes tagħna kif ġara fl-Ewropa kollha? Kuntenta bin-‘no go zone’?”.  “Ikollok bilfors tilbes il-burka u ġġib xi żewġ nisa oħra miegħek”. “B’Omar Rababah niġu razza tal-ħnieżer. Jibnu moskea f’kull kantuniera. Jneħħu s-salib mill-klassijiet u nisimgħu b’iktar stupri fuq tfajliet Maltin”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport