Il-Qorti Kostituzzjonali, fi stadju t’appell, ċaħdet it-talbiet f’kawża li fetħet l-għaqda Repubblika fuq il-kuntratt tal-powerstation li taħdem bil-gass.
L-appell tressaq mill-Għaqda Repubblika b’mod individwali, fosthom; Robert Aquilina, Manuel Delia, Andrew Borg Cardona u Rosette Thake, kienet argumentat li l-kuntratt lill-konsorzju Electrogas kien fih il-koruzzjoni iżda l-Qorti preseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u ż-żewġ Imħallfin Anthony Ellul u Robert Mangion, xejnet l-argumenti tal-għaqda Repubblika.
L-istess għaqda għamlet appell biex jitħassar il-kuntratt għax skontha kien fih il-frodi. Din il-kawża infetħet ħames snin ilu kontra l-Avukat tal-Istat, l-Enemalta u l-ARMS.

