minn Bradley Zerafa
Il-famuż “Bloodline” kif nafuh illum jara l-għeruq tiegħu jinbtu fis-1970s, permezz tal-High Chief, Peter Maivia, li għalkemm ma jagħmilx parti mill-Familja Anoa’i, il-blood bond ta’ bejniethom kien aktar minn biżżejjed biex il-Familja Maivia u Anoa’i jsiru haġa waħda.
Min-naħa tal-Familja Maivia ħargu stilel bħalma huma “The Soulman” Rocky Johnson (li kien miżżewweġ lit-tifla ta Peter Maivia, Ata) u ibnu Dwayne “The Rock” Johnson, kif ukoll aktar riċentament rajna lil Nia Jax li ukoll uriet kemm hi atleta b’saħħitha, u l-bidu fix-xena tar-wrestling għal Simone Johnson, it-tifla ta’ The Rock, li llum nafuha aktar bħala “Ava” li preżentament hija l-General Manager ta’ NXT.
Fejn tidħol il-Familja Anoa’i, in-numru ta’ stilel li pproduċiet huwa ferm u ferm aktar numeruż. Il-bidu ta’ kollox f’din il-familja kienu Afa u Sika Anoa’i, magħrufin aktar bħala The Wild Samoans li bla dubju ta’ xejn jibqgħu msemmijin bħala wieħed mill-aqwa tag teams ta’ kull żmien.
Rajna wara The Wild Samoans lil Rikishi, li fil-bidu tal-karriera tiegħu kien magħruf aktar bħala Fatu, f’tag team ma wieħed mit-tfal ta’ Sika Anoa’i, Samu taħt l-isem “The Headshrinkers”, flimkien ma’ Sika bħala l-manager tagħhom.
Bosta oħrajn li jibqgħu magħrufin huma bla dubju l-kbir Yokozuna u Umaga li t-tnejn huma kuġini ta’ Roman Reigns, Rikishi, Samu, Rosey, u The Rock.
Interessanti ngħidu wkoll li qabel Umaga addotta l-karattru li l-aktar hu magħruf għalih, flimkien ma Matthew Anoa’i, jew aħjar Rosey (li jiġi ħu Roman Reigns), fejn taħt l-isem Jamal bħala “3 Minute Warning”, kienu r-reinforzi tal-General Manager ta’ dak iż-żmien Eric Bischoff, fejn jekk kien jidhirlu li dak li jkun għaddej fir-ring ma jkunx divertenti, joħroġ jiddikjara “3 Minute Warning”, li jkun is-sinjal għal dawn iż-żewġ ġganti biex joħorġu.
Wara Yokozuna, Rikishi u Umaga fil-preżent naraw bosta stilel li baqgħu juru kemm din il-familja hija sinifikanti u prominenti fid-dinja ta’ WWE u r-wrestling b’mod ġenerali. Fosthom naraw lit-tfal ta’ Rikishi, Jimmy u Jey Uso u Solo Sikoa, lil mara ta’ Jimmy Uso Naomi, lil Jacob Fatu, Zilla Fatu fost oħrajn.
Pero żgur li wieħed mill-aktar li għad jibqa’ msemmi mill-fergħa moderna ta’ din il-familja m’huwa ħadd ħlief it-Tribal Chief innifsu Roman Reigns, li ġarr id-WWE fuq dahru f’nofs pandemija għal erba’ snin sħaħ u ssolidifa lilu nnifsu bħala ikona tal-preżent u ispirazzjoni tal-futur.