Wednesday, April 30, 2025

Midalja tal-fidda għal Mauro Anastasi il-Kampjonat tal-Mediterran tal-Bowling

Aqra wkoll

Mauro Anastasi rebaħ l-ewwel midalja għal Team Malta fil-Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling li qed isiru fit-Turkija.

Prestazzjoni ferm tajba fis- Singles tal-irgiel rat lil Anastasi ikollu s-sitt logħbiet kollha ‘l fuq minn 200, b’total ta’ 1351 għal medja qawwija ta ‘ 225. Wara bidu tajjeb b’ żewġ logħbiet identiċi ta 205s, Mauro spara 247 u 267 biex tela’ għat-3 post wara 4 logħbiet. L-ahhar żewġ logħbiet ta 222 u 205 rawh jaqbeż lil Cemal Batu Pinear mit-Turkija li spiċċa 4 pins wara Mauro.

L-ewwel post mar għaċ-Ċiprijott Iraklis Kyriakou b’total inkredibbli ta’ 1509 (medja ta’ 251) li kien jinkludi logħba perfetta ta’ 300. It-tieni kontestant Malti fil Male singles , Nicholas Muscat ukoll kellu wirja tajba hafna, fejn temm b’partita kbira ta’ 249 fl-ahhar loghba li rawh jaqbeż 3 pożizzjonijiet biex spicca fis-6 post.

Aktar kmieni matul il-ġurnata, Cynthia Frendo Duca u Sue Abela ikkompetew fis-singles femminili. Frendo Duca spiċċat tajjeb fis-6 post , b’ pinfall totali b’ saħħtu ta’ 1140 (medja ta’ 190), filwaqt li Sue Abela kellha bidu iebes għal dawn il-kampjonati u spiċċat fil-15-il post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport